Skip to main content
ANNOUNCEMENT

Imħabbra r-Riżultati tal-Ewwel Fażi tal-Cospicua Short Play Festival 2026

Il-Cospicua Short Play Festival 2026 ħabbar is-seba’ drammi qosra li ntgħażlu biex jgħaddu għall-fażi finali tal-festival, wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-proċess ta’ għażla.

Il-Cospicua Short Play Festival 2026 ħabbar is-seba’ drammi qosra li ntgħażlu biex jgħaddu għall-fażi finali tal-festival, wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-proċess ta’ għażla.

Id-drammi magħżula huma:

  • Seqer – kitba ta’ Chiara Hyzler, bi traduzzjoni ta’ Simone Spiteri
  • Gwardjani Siguri – kitba ta’ Karl Schembri
  • Ħu Biljett – kitba ta’ Jurgen Ciantar
  • Going Once – kitba ta’ Maya Micallef Engerer
  • Bla Ismijiet, Bla Dispjaċir – kitba ta’ Nathan Vella
  • Telefonata – kitba ta’ Gilbert Mallia
  • Paper Wings – kitba ta’ Kim Woods

L-għażla saret minn ġurija esperta – Alan Fenech, Kim Dalli u Joe Pace, tliet ismijiet magħrufa fix-xena teatrali Maltija.

L-organizzaturi ferħu lill-awturi li x-xogħlijiet tagħhom intgħażlu, filwaqt li rringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li ssottomettew id-drammi tagħhom.

Il-Cospicua Short Play Festival 2026 se jsir fit-18 u d-19 ta’ Settembru 2026. Il-festival, li rebaħ il-premju L-Aqwa Proġett fil-Komunità – Premju għall-Arti 2025, ikompli joffri pjattaforma importanti għall-awturi biex jippreżentaw xogħlijiet oriġinali quddiem il-pubbliku.

Ara fuq Facebook